Raġel ta’ 64 sena minn Ħad-Dingli ndarab gravi wara li waqa’ sular għoli f’Ħaż-Żebbuġ.
ll-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar f’residenza fi Triq Adeodato Gatt, Ħaż-Żebbuġ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 64 sena residenti Ħad-Dingli, sofra xi ġrieħi wara li ċeda bih sellum u waqa’ madwar sular għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.