Raġel indarab gravi wara li waqa’ sular f’Bormla.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar fi Triq Dom Mintoff, Bormla.
Il-Pulizija tad-Disrett marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li raġel ta’ 46 sena mill-Palestina u residenti Ħal Luqa, kien qiegħed jagħmel xi xogħol, għeleb bih l-iscaffolding u waqa’ madwar sular.
Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.