Żiemel tilef ħajtu filwaqt li raġel indarab gravi wara li waqa’ minn fuq żiemel fil-Korsa tal-Marsa.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tad-9:00 ta’ filgħodu fil-Korsa tal-Marsa.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li persuna ta’ 59 sena, residenti Ħal Luqa, sofra xi ġrieħi wara li għal xi raġuni ż-żiemel li kien fuqu waqa’ mal-art.
Il-persuna ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Sfortunatament iż-żiemel miet fuq il-post ta’ l-inċident.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.