Raġel ta’ 52 sena minn San Pawl il-Baħar indarab gravi wara li waqa’ minn fuq travu f’sit ta’ kostruzzjoni.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Isouard, San Pawl il-Baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħol waqt li kien fuq travu tal-ħadid, żelaq, bil-konsegwenza li waqa’ fuq l-istess travu.
Ħaddiem ieħor għen lill-vittma biex ma jaqax għal isfel, fejn issejaħ tim mediku u ambulanza ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.