Raġel mill-Gudja ta’ 46 sena ndarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’sit ta’ kostruzzjoni f’Marsaskala.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq l-isfar, Marsaskala.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 46 sena, residenti l-Gudja, li kien qed jagħmel xi xogħol fl-istess sit, għal xi raġuni waqa’ xi għoli minn fuq sellun.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident.