Raġel indarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum fin-Naxxar.
ll-każ seħħ illum, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu f’residenza privata fi Triq San Pawl, in-Naxxar.
Mill-investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta’ 49 sena u residenti r-Rabat, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.