Raġel Taljan ta’ 31 sena li joqgħod Buġibba sofra xi ġrieħi wara li waqa’ b’ċangun waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni fil-Qrendi.
Il-każ seħħ fi Triq Nikolo Communet il-Qrendi għall-ħabta tan-12:30.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.