Raġel ta’ 26 sena residenti n-Naxxar indarab gravi wara li sofra feriti ta’ arma li taqta’ u bil-ponta. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 1.10am fi Triq Tumas Fenech Birkirkara.
Il-Pulizija tad-Distrett u kif ukoll dawk tar-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post u sabu r-raġel li kien ferut.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J Demicoli LL.D li ordnat li ssir Inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.