Raġel ta’ 27 sena minn Ħaż-Żabbar indarab gravi wara li qala’ daqqa ta’ flixkun tal-ħġieġ waqt argument.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tan-nofsiegħa f’Misraħ is-Sliem, f’Ħaż-Żabbar.
Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li kien qam argument bejn xi persuni.
Raġel ta’ 27 sena residenti Ħaż-Żabbar sofra xi ġrieħi meta qala’ daqqa bi flixkun tal-ħġieġ.
Hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi wara li ngħata kura medika f’Ċentru tas-Saħħa.
Raġel ta’ 26 sena residenti l-Marsa, kien arrestat ftit tal-ħin wara fl-istess lokalitá u qed jinżamm fil-lock up tal-Pulizija, il-Furjana filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.