Raġel indarab gravi wara li ntlaqat minn vettura fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta t at-tmienja u kwart fl-akwati tal-Manikata direzzjoni lejn il-Mellieħa.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li raġel Pollakk ta’ 37 sena residenti n-Nadur Għawdex safa’ milqut min n vettura tat-tip Ford Fiesta misjuqa minn raġel ta’ 78 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard is-sewwie q tal-vettura ġie ċċertifikat li ma sofra l-ebda ġrieħi filwaqt li r-raġel ta’ 37 sena ġie ċċertifikat li qieg ħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.