Ingliż ta’ 61 sena, indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza tal-għamla Jaguar li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 52 sena mill-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:45 tal-bieraħ waranofsinhar, fi Triq Sant’Andrija San Ġiljan.
Fuq il-post intalbet l-għajnuna ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.