Raġel indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ illum, għal xi disgħa u għoxrin ta’ filgħodu fi Triq Bugħarbiel, iż-Żejtun.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 47 sena residenti San Pawl il-Baħar safa’ milqut minn karozza ta’ tip Nissan March misjuqa minn raġel ta’ 49 sena li jgħix Ħaż-Żabbar.
Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.