Raġel ta’ sittin sena mir-Rabat Għawdex weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart fi Triq Fortunato Mizzi fir-Rabat Għawdex.
Ir-raġel intlaqat minn vettura tat-tip Hyundai Pony li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ tmienja u għoxrin sena li joqgħod Marsaskala.
Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.