Sudaniż, ta’ 22 sena residenti Birżebbuġa ndarab gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ wara nofsinhar fi Triq il-Kbira.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura Nissan NV200 misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti Fgura.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.