Raġel ta’ 31 sena minn Ħal Qormi, indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza tal-għamla Renault Megane, li kienet qed tinstaq minn Somalu ta’ 30 sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 ta’ dalgħodu, fi Triq San Ġorġ, Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ ti mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.