Raġel ta’ 60 sena mill-Mosta ndarab gravi wara li ħabat f’ħajt fil-Mosta.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq id-Difiża Ċivili.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel, li kien qiegħed isuq Hyundai I30, tilef il-kontroll u ħabat ġo ħajt.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.