Filippin ta’ 38 sena residenti l-Mosta ndarab gravi wara li ġie aggredit.
Il-każ seħħ illum għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu fix-Xatt ta’ Xbiex, meta persuni li għadhom mhux magħrufa qajmu argument u aggredew lill-Filippin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-aggressuri laħqu ħarbu minn fuq il-post sakemm waslu l-Pulizija.
Il-Filippin ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
It-tfittxijiet għall-aggressuri u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.