Raġel indarab gravi wara li kien involut f’argument fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar fi Triq Vjal il-25 ta’ Novembru meta seħħ argument bejn raġel ta’ 55 sena residenti l-Qrendi u raġel ieħor li ħarab minn fuq il-post b’mutur.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 55 sena l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.