Raġel ta’ 59 sena mill-Ħamrun indarab gravi waqt li kien qed jaħdem b’mutur li jaqta’ l-ħaxix.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu fi Triq Ħal Qormi, Ħal-Luqa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel sofra ġrieħi f’saqajh waqt li kien qed jaħdem b’mutur li jaqta l-ħaxix.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.