Raġel indarab gravi waqt argument wara li qala’ daqqa ta’ siġġu.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-erbgħa fi Triq Qrajten, Pieta’.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ argument bejn żewġ persuni. Waqt dan l-argument barrani ta’ 38 sena mill-Pieta’ weġġa’ b’daqqa ta’ siġġu.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.
Barrani ta’ 42 sena mill-Pieta’ qed jiġi mitkellem mill-Pulizija filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.