Raġel indarab gravi waqt li kien fuq karozza tal-linja f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan.
Il-Pulizija marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 64 sena, li jirrisjedi San Ġiljan, sofra xi ġrieħi meta waqa’ waqt li kien fuq tal-linja.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għ adhom għaddejjin.