Raġel indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Tal-Pietà.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq Clarence, Tal-Pietà.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm impatt bejn e-kick scooter li kien qed jinstaq minn raġel mill-Bangladesh ta’ 37 sena residenti Tal-Pietà u Ford Transit Connect li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 49 sena residenti Birkirkara.
Ir-raġel ta’ 37 sena ttieħed ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana u ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.