Raġel indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Għasri.
Il-każ seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-ħdax u kwart f’Wied il-Għasri, l-Għasri.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Yamaha misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Għasri u karozza Fiat Punto, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 63 sena, residenti l-Għarb.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u aktar tard ġie iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.