Raġel indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħodu fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, iż-Żejtun.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Seat Ibiza, misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti Marsaskala u Mitsubishi L200, misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti ż-Żejtun.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 40 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.