Raġel ta’ 38 sena mill-Mellieħa ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-kwarta ta’ dalgħodu fi Triq Louis Wettinger.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq tal-għamla BMW 420D u ħabat ma’ crash barrier.
Tim mediku assista lir-raġel u permezz t’ambulanza ttieħed l-isptar. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.