Raġel indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għal xi s-sitta u nofs ta’ filgħaxija fi Triq Villabate, Ħaż-Żabbar.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza Mitsubishi, misjuqa minn mara ta’ 28 sena minn Ħaż-Żabbar, u mutur SYM, misjuq minn Indjan ta’ 25 sena minn Raħal Ġdid.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.