Raġel indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat f’Għawdex.
ll-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filgħaxija fi Triq il-Belliegħa.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 48 sena residenti x-Xewkija, Għawdex, weġġa’ waqt li kien qiegħed isuq vettura tat-tip Hyundai Accent, tilef il-kontroll u inqaleb.
Fl-inċident, vettura oħra tal-għamla Nissan Qashqai, li kienet ipparkjata sofriet xi ħsarat.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.