Raġel ta’ 35 sena minn Ħal Qormi ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Bormla.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu fi Triq ix-Xatt, Bormla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur Honda CBF li kien qed isuq u waqa’.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.