Raġel ta’ 24 sena ndarab gravi f’inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, fi Triq Dawret il-Qalb Imqaddsa, f’Birżebbuġa.
Dan wara li għal xi raġuni, ir-raġel li kien qiegħed isuq karozza ta’ tip Toyota, tilef il-kontroll u ħabat ma ħajt.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post filwaqt li ssejjħet ambulanza li ħadet lix-xufier l-Isptar Mater Dei fejn huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi u nżamm l-isptar għall-kura intensiva.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadom għaddejjin.