Raġel ta’ 47 seba residenti Birkirkara ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied, Birkirkara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Hiace, misjuq minn ta’ 23 sena minn Ħal Għargħur, u mutur Kymco, misjuq minn Pakistan ta’ 47 sena residenti Birkirkara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.