Raġel indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq l-Imrieħel, Birkirkara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Volkswagen Bora, misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti l-Imġarr, u Toyota Townace, misjuqa minn raġel ta’ 78 sena residenti l-Gżira.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 49 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.