Raġel ta’ 30 sena ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Bidnija.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart fi Triq il-Bidnija, il-Bidnija.
Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Isuzu NQR misjuqa minn raġel ta’ 40 sena, residenti l-Imġarr u mutur Yamaha Crypton, misjuq minn Taljan ta’ 30 sena li jirrisjedi f’San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħet ambulanza biex it-Taljan jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-k ura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.