Raġel ta’ 49 sena mix-Xewkija sofra ġrieħi gravi wara ħabta bejn il-mutur li kien qed isuq u Mercedes Benz misjuqa minn raġel ta’ 37 mill-Imsida.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.