Raġel indarab gravi f’inċident tat-traffiku wara li tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’ sular f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tan-nofsija ta’ waranofsinhar fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar direzzjoni San Ġiljan.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta’ 25 sena li jgħix San Pawl il-Baħar, li kien qed isuq mutur Yamaha, tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’ madwar sular.
Ir-raġel ittieħed l-isptar permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.