Pollakk ta’ 40 sena li jgħix San Ġwann, indarab gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur fis-Swieqi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq Sant’Andrija, is-Swieqi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Volkswagen Polo, misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti n-Naxxar, u mutur Benelli, misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.