Raġel indarab gravi wara inċident bil-mutur fil-Gudja.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-sebgħa fi Triq Ħal Tarxien, Gudja.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta’ 45 sena li jgħix il-Gudja, li kien qed isuq mutur Yamaha, tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.