Albaniż ta’ 29 sena residenti r-Rabat Għawdex indarab gravi f’inċident bil-mutur.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta’ waranofsinhar fi Triq San Anard, ir-Rabat, Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Citroen Berlingo, misjuq minn raġel ta’ 65 sena residenti l-Fontana Għawdex, u mutur Honda, misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.