Libjan ta’ 54 sena mill-Gżira ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bejn 4 karozzi f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10 ta’ filgħaxija fi Triq Mikiel Anton Vassalli.
Minn investigazzjoni preliminari ħareġ li kien hemm ħabta bejn 4 karozzi.
Karozza tat-tip Peugeot 207 misjuqa minn Taljan ta’ 40 sena, oħra Honda Fit misjuqa minn mara ta’ 38 sena li magħha kellha passiġġier ta’ 38 sena, Toyota Aygo misjuqa minn raġel ta’ 68 sena u Suzuki Baleno misjuqa mil-Libjan.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-assistenza u ambulanza li ħadet lir-raġel Libjan l-isptar għall-kura filwaqt li l-persuni l-oħra ma sofrewx ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.