Raġel indarab gravi wara argument f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-għaxra u nofs fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kien hemm argument bejn Iranjan ta’ 27 sena residenti tas-Sliema u raġel ieħor li wara l-argument ħarab minn fuq il-post.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.