Raġel indarab gravi wara li kien involut f’argument fil-Mosta.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-21:00 fi Triq Valletta, il-Mosta.
Għaldaqstant, il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ argument bejn żewġ persuni. Waqt dan l-argument raġel ta’ 46 sena residenti Birkirkara sofra xi ġrieħi.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifakat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.