Żewġt irġiel Ħamruniżi qed jingħataw il-kura l-Isptar Mater Dei wara li kienu nvoluti f’argument fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:30pm tal-Ġimgħa waranofsinhar fi Sqaq il-Kubrit fil-Ħamrun, wara li allegatament inqala’ argument bejn iż-żewġ vittmi, li għandhom 30 u 29 sena rispettivament, u raġel ieħor. Hu mifhum li l-argument inqala’ minħabba karozza.
Jidher li r-raġel ta’ 30 sena sofra xi ġrieħi wara li kien aggredit b’arma li taqta’ u bil-ponta, filwaqt li r-raġel ta’ 29 sena sofra xi ġrieħi f’siequ, iżda l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.
Xhieda fuq il-post qalulna li l-aggressuri ħarbu minn fuq il-post.