Raġel ta’ 30 sena residenti San Pawl il-Baħar ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar. Il-każ seħħ għall-ħabta tan-12:30 tal-Ħadd filgħodu fi Triq il-Kosta. Ir-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Kawasaki Ninja.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei flimkien ma tabib tal-emerġenza li taw l-ewwel kura medika lir-raġel fuq il-post sakemm eventwalment ittieħed l-isptar għall-kura permezz ta’ ambulanza.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn il-mutur u BMW 520D misjuqa minn raġel ta’ 23 sena, residenti l-Fgura.
Kawża tal-inċident ingħalqet parti minn din it-triq b’uffiċjali ta’ Transport Malta kienu fuq il-post sabiex jidderieġu t-traffiku.
Il-kundizzjoni tal-vittma għadha mhux magħrufa.