Godfrey Gambin ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar, weħel sentenza ta’ erba’ snin ħabs u multa ta’ €11,600 wara li l-Qorti sabitu ħati bil-qtil involontarju ta’ Marie Jane Turner fil-Bypass tal-Imġarr.
L-inċident kien seħħ fl-20 ta’ Awwissu 2017, meta seħħet ħabra bejn żewġ vetturi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti ħareġ kif l-akkużat kien mar fid-direzzjoni ħażina tal-karreġġjata u b’hekk ikkaġuna l-mewt tal-passiġġiera li kien hemm miegħu.
Filwaqt li tatu sentenza ta’ ħabs effettivi, il-Maġistrat Caroline Farrruġia Frendo mmultatu €11,600 waqt li skwalifikatlu l-liċenzja tas-sewqan għal 3 xhur.