Tliet persuni ndarbu wara li s-Sibt filgħodu raġel beda jattakka lin-nies bl-addoċċ f’wieħed mill-istazzjonijiet tal-ferrovija ewlenin f’Pariġi, Gare de Lyon.
Wieħed mill-midruba jinsab fil-periklu tal-mewt hekk kif is-sikkina nifdet fl-istonku.
Ir-raġel huwa minn Mali u ppreżenta karta tal-liċenżja Taljana.
Dan l-attakk ikompli ma’ dawk li seħħew fix-xhur li għaddew, fosthom meta żewġ turisti nqatlu ħdejn t-Torri Eiffel.
Sena ilu, sitt persuni ndarbu wara li laqttu daqqiet ta’ sikkina ħdejn l-istazzjon Gare du Nord.