Raġel ta’ 59 sena waqa’ għoli ta’ żewġ sulari u nofs waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’daru.
Il-każ seħħ fil-11 ta’ filgħodu fi Triq il-President Anton Buttigieg fiż-Żejtun.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku.
B’ambulanza hu ttieħed l-isptar Mater Dei fejn aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Fuq il-post issejħu wkoll il-pulizija tad-distrett u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.