Il-pulizija, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku ssejħu fil-lokal taż-Żurrieq wara li raġel waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa fi Triq San Pietru, u r-raġel waqa’ minn fuq bejt, fejn kien qed jagħmel xogħol ta’ tibjid.