Raġel ta’ 57 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar sular għoli.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet kif il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart, fi Triq il-Markiża Buġeja, San Pawl il-Baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel waqa’ wara li prova jaqbeż mit-tieqa tal-komun għall-gallarija tal-propjetà tiegħu minħabba li kien issakkar barra.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.