Belti ġarrab ġrieħi gravi wara li l-Ħamis filgħodu waqa’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xogħol fuq sellum. Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-għajnuna minħabba li r-raġel weġġa’ f’post imwarrab taħt is-sur ta’ ħdejn Dar il-Mediterran.
Preżenti wkoll fuq il-post kien hemm ukoll it-tabib tal-emerġenza Dr Michael Spiteri li ta l-ewwel kura medika lir-raġel sakemm ittella’ fl-ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei.