Raġel weġġa’ wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Id-Dgħajjes f’Raħal Ġdid. Minn informazzjoni li għandu One news jidher li ir-raġel li huwa ta’ nazzjonalità barranija kien qed jgħamel xi xogħol ta’ kisi meta għal xi raġuni tilef il-bilanċ u waqa’.
Fuq il-post isejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei sabiex jagħtih il-kura meħtieġa.
Minħabba li meta waqa’ r-raġel kien jinsab fuq il-bejt tal-propjetà fuq il-post kellhom jissejħu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex permezz ta’ tower ladder il-vittma ikun jista’ jitniżżel fl-ambulanza.
Il-kundizzjoni tal-vittma għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin u qed jitmexxew mid-distrett ta’ raħal ġdid.