Raġel ta’ 45 sena, residenti ż-Żurrieq, kien qed jagħmel xi xogħol ġo sit ta’ kostruzzjoni li tinsab f’Misraħ Santa Marija, Bubaqra, iż-Żurrieq.Għal xi raġuni huwa waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs. Il-każ seħħ il-bieraħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ wara nofsinhar.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar permezz ta’ ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.